Author: Prof. Joe Friggieri
Dan huwa t-tielet u l-ahhar volum tal-istorja tal-filosofija miktuba minn Joe Friggieri. L-ewwel volum kien jibda mill-Presokratici u jispicca bir-Rinaxximent. It-tieni volum fetah b'Descartes u ghalaq b'Kant. Dan il-volum ikompli l-istorja mill-idealizmu Germaniz sa zminijietna, u jipprezenta b'mod lucidu l-hsieb ta' figuri kbar bhal Hegel, Marx, Schopenhouer, Kierkegoord, Darwin, Nietzsche, Frege Husserl, Freud, Russell, Wittgenstein, Heidegger, Sartre, Gadamer, Habermas u Quine. Jittratta wkoll l-ideat ta' Foucoult, Derrida, Lyotard u postmodernisti ohra bhal Deleuze, Guattari u Baudrillard, flimkien ma' dawk tal-esponenti ewlenin tal-femminizmu Franciz, bhal Simone de Beauvoir, Julia Kristeva, Luce Irigaray, Michele Le Doeuff u Helene Cixous. Il-ktieb jaghlaq b'taqsima fuq il-filosofija Anglo-Amerikana wara Wittgenstein u b'harsa lejn il-kritika radikali tas-socjeta kontemporanja minn filosfi kontinentali bhal Alain Badiou, Giorgio Agamben, Slavaj Zizek u s-socjologu Zygmunt Bauman.